Il-viċi kap tal-Oppożozzjoni Mario de Marco it-Tlieta filgħaxija oġġezzjona għall-fatt li l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne wieġeb mistoqsijiet supplimentari li ma kellhomx x’jaqsmu mal-mistoqsijiet oriġinali tiegħu li kienet dwar sponsorships.
Dr Demarco qalL “Dan mhux mod kif għandu jiġi kondott il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari. Il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari mhuwiex għall-messaġġi promozzjonali. Jien għamilt mistoqsija parlamentari 20 minuta ilu fejn tlabt ħaġa bażika – lista ta’ sponsorships. Għaddew 20 minuta fejn smajna mistoqsijiet supplimentari li m’għandhom x’jaqsmu xejn mas-suġġett, u l-Ministru jagħtina l-lista tas-servizzi ta’ Mater Dei biss kien jonqsu, u għadna ma nafu xejn fuq domanda hekk bażika dwar l-isponsorships.”
L-iSpeaker Anġlu Farrugia ġibed l-attenzjoni ta’ Dr de Marco li s-Sedja ma tidħolx fil-kontenut tar-risposta li jagħti ministru. “Int kont ministru u taf. Meta jsiru domeandi supplimentari, hemm rulings speċifiċi ta’ xi għaxar speakers fejn il-ministru jagħżel hu jekk jirrispondix id-domanda.”
De Marco qal li huwa ma kienx qed jikkonfronta lis-sedja u appella lil kull deputat biex ma joqgħodux jaħlu l-ħin tal-ministru.”
Il-Ministru Chris Fearne qal li huwa jiskanta kif de Marco qal li huwa ħela ta’ ħin li huwa (il-ministru) jitkellem dwar mediċina tal-kanċer, fuq l-istikki tad-dijabete u affarijiet li jolqtu lin-nies. “Dawn huma l-affarijiet li jimpurtaw lin-nies, Onor. De Marco!”
Il-ministru qal li numru mill-mistoqsijiet supplimentari saru mill-kollegi tiegħu u dan juri kemm il-Partit Nazjzonalisrta huwa maqsum anke għax anqas jiddeċiedu min jagħmel mistoqsijiet supplimentari jew le.
Mr Fearne qal li fil-Kamra, l-Oppożizzjoni m’għandhiex is-supremazija li l-mistoqsijiet jagħmluhom huma biss. “Jekk il-backbenchers tal-gvern iridu jagħmlu l-mistoqzijiet, jiena nweġibhom bħal ma nwieġeb il-mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni.”