Ser isir orientation meeting għal studenti li jixtiequ jibdew jistudjaw il-Junior College, nhar l-Erbgħa 19 ta’ Lulju 2017, fis-sala Sir Temi Zammit, l-Università ta’ Malta kif ġej:
Kunjomijiet A-C fit-8.30am
Kunjomijiet D-M fl-10.00am
Kunjomijiet N-Z fil-11.30am
Lill-istudenti jindirizzawhom il-Prinċipal, is-Sur Paul Xuereb, u uffiċċjali oħra tal-Kulleġġ.
Il-prospectus tal-Junior College jitqassam lill-istudenti prospettivi waqt din il-laqgħa. Wara ser ikun online mill-Ħamis 20 ta’ Lulju 2017.
Il-prospectus jinkludi l-informazzjoni neċessarja għall-istudenti biex jagħżlu s-suġġetti u japplikaw. Huwa wkoll ta’ gwida għall-istudenti dwar iż-żmien li jgħaddu fil-Junior College.
L-istudenti li jixtiequ jidħlu l-Junior College bħala studenti tal-ewwel sena f’Ottubru 2017, kif ukoll dawk li qed jistennew ir-riżultati, iridu japplikaw online billi jidħlu fuq www.jc.um.edu.mt/apply bejn it-Tlieta 1 u t-Tlieta 8 t’Awwissu 2017.
Studenti li lestew l-ewwel sena f’istituzzjoni oħra u jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom, jew jixtiequ jirrepetu t-tieni sena tagħhom fil-Junior College, ukoll jistgħu japplikaw, b’kundizzjoni li jilħqu l-kundizzjoni neċessarji.
Mill-20 ta’ Lulju 2017, il-Kulleġġ ser jagħti guidance service ta’ għajnuna għall-istudenti fl-għażla tas-suġġetti. Studenti li għandhom bżonn l-għajnuna, għandhom iċemplu l-Counselling and Guidance Service fuq 2590 7423 jew 2590 7291.