Logħba tal-Manchester United kontra Bournemouth mhux se tintlagħab minħabba li nstab pakkett suspettuż f’Old Trafford. Żewġ stands kienu evakwati qabel il-logħba, u klieb li jintużaw fi tfittxija qiegħdin jispjezzjonaw dawn l-istands.
Kick-off kellu jkun fit-15:00 u għal bidu kien postpost. Iżda l-logħba umbagħad kienet abbandunata għal kollox, fuq parir tal-Pulizija.
Ħaddiema tas-sigurtà qiegħdin jieħdu ħsieb il-folla ta’ nies ħierġin mill-istadium.