Il-Pulizija fl-Indja qalu li arrestaw raġel ta’ 60 sena wara li qatel lil martu b’tir għax taħgtu l-ikel aktar tard mis-soltu.
Ashok Kumar wasal id-dar fis-sakra s-Sibt filgħaxija u spiċċa f’argument ma’ martu, Rupesh Singh, fejn tant eskala li spiċċa sparalha.
Sunaina, ta’ 55 sena, ittieħdet l-isptar b’tir f’rasha, iżda sfortunatament tilfet ħajjitha ftit wara.
Kumar ammetta li hu qatel lil martu fejn issa qed jiddispjaċih.