Erba’ iljuni ħarbu mill-park nazzjonali tal-Afrika t’Isfel, fejn bħalissa għaddejja tfittxija għal dawn l-iljuni mill-impjegati tal-istess park.
L-iljuni ħarbu minn Kruger National Park il-Ħadd filgħaxija u ntlemħu l-aħħar fil-villaġġ ta’ Matsulu. Wara li l-park induna b’dak li kien ġara wissa lir-residenti biex joqgħodu attenti u jħarsu b’seba’ mitt għajn.
Għadu mhux magħruf irnexielhom ħarbu mill-park.