Patrick Spiteri, l-avukat li ġie estradit lejn Malta fuq akkużi ta’ frodi li jlaħħqu s-seba’ miljun ewro għamel talba mqanqla biex jingħata l-libertà proviżorja.
Permezz tal-avukat difensur tiegħu, Spiteri saħaq li s-sitwazzjoni fil-ħabs hi terribli u mhux tagħmillu ġid għal saħħtu.
Spiteri bil-krozzi fl-awla qal li l-kundizzjoni sanitarja fil-ħabs hi ħażina bil-wirdien u nies ipejpu madwaru.
Fil-Qorti xehdet ukoll is-sieħba tal-akkużat li naqgħdet mad-difiża biex is-sieħeb tagħha jinħeles mill-ħabs.
Il-Qorti mistennija tiddeċiedi jekk Patrick Spiteri jingħatax il-libertà kundizzjonata fi żmien għaxar t’ijiem oħra.