It-temperatura mistennija tkompli tgħola aktar fil-jiem li ġejjin. Dan ġie sostnut fi stqarrija mibgħuta t-Taqsima tas-Saħħa li xtaq javża lill-pubbliku dwar l-importanza li wieħed jixrob aktar ilma fix-xhur tas-Sajf.
Temperaturi għoljin jikkawżaw lil kull persuna biex titlef aktar ilma mill-ġisem milli mistenni fejn persuna tispiċċa deidrata.
Dan jista’ jwassal ukoll biex wieħed iħoss għajja kbira minħabba s-sħana jew saħansitra heatsroke.
Is-sħana tista’ taffettwa lil kwalinkwe persuna iżda dawk li huma l-aktar vunnerabbli huma l-anzjani, it-trabi u t-tfal u kif ukoll persuni li għandhom kundizzjoni kronika.
It-Taqsima tas-Saħħa semmiet dawn il-punti li wieħed għandu jimxi magħhom bħala prekwazzjoni għal dawn il-jiem ta’ sħana:
- Toqgħodx fix-xemx u espost għas-sħana għalxejn waqt l-agħar ħinijiet tal-jum; normalment bejn l-10:00 ta’ filgħodu sal-16:00 ta’ wara nofsinhar.
- Għażel kmamar fejn ikun hemm l-inqas sħana d-dar jew fuq il-post tax-xogħol
- Ixrob b’mod regolari u għażel li tiekol ikel li jkun frisk
- Fittex l-għajnuna jekk ikollok bżonn xi ħaġa