Dalgħodu tressaq taħt arrest, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joanne Vella Cuschieri LLD, ġuvni ta’ 19-il sena, residenti ż-Żebbuġ, Għawdex.
Huwa ġie akkużat li lbieraħ kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta’ proviżorja imposti fuqu mill-Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex u talli iżjed tard ġewwa l-lock-up u ġol-garaxx tal-Pulizija ta’ Għawdex, attakka jew għamel reżistenza fuq l-Uffiċjali tal-Pulizija u ma obdiex l-ordnijiet tagħhom.
Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u nżamm arrestat.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.