L-anzan li ftit tal-jiem ilu waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet f’kamra fl-Armier tilef ħajtu matul il-lejl li għadda.
L-inċident seħħ l-Ġimgħa għall-ħabta tal-erbgħa u għaxra fi Triq il-Gambli, l-Armier, limiti tal-Mellieħa.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 63 sena residenti l-Gżira waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fuq saqaf ta’ kamra. Il-vittma waqa’ madwar sular.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Sfortunatament, dalgħodu l-Pulizija kkonfermat li l-anzjan tilef ħajtu matul il-lejl li għadda wara jumejn jirċievi l-kura neċessarja fl-isptar.