Mara ta’ ħamsa u ħamsin sena minn Santa Venera qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn fork lifter fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ fl-10:00 ta’ dalgħodu fi Triq Manwel Magri.
Jirriżulta li l-forklifter kien qed jagħmel xi xogħlijiet fl-imsemmija triq meta għal xi raġuni laqat lil mara.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei.
Aktar tard hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.