Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna u l-Grant Thornton Malta ffirmaw ftehim li se jimmarka bidliet fil-proċessi ta’ tenders tal-Gvern.
Dan permezz ta’ sistema moderna, li b’hekk il-Gvern se jkollu kontroll aħjar tal-finanzi pubbliċi. Bidla li qed tissejjaħ bħala qalba rivoluzzjonarja għall-Gvern.
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li din hija paġna ġdida fil-kontroll tal-finanzi tal-Gvern.
Spjega kif din is-sistema kienet ilha tiġi mwiegħda minn amministrazzjoni preċedenti iżda qatt ma twettqet.