Fil-bajja ta’ Golden Bay f’Għajn Tuffieħa il-Ministru għall-Ambjent Jose’ Herrera nieda proġett pilota imexxi mill-ERA dwar skart riċiklat mill-bajjiet.
Il-proġett pilota se jibda fil-bajjiet ta’ Natura elfejn li huma Golden Bbay, Għajn Tuffieha bay u l-Għadira.
Il-Ministru Herrera spjega kif persuni mill-Wasteserv se jkunu f’dawn il-bajjiet sabiex jedukaw lill-pubbliku dwar s-separazzjoni tal-iskart mill-bajjiet.
Il-Ministru tkellem ukoll dwar l-importanza tas-separazzjoni tal-iskart għal ġid ambjentali.
Huwa rrimarka li l-inizzjattiva tal-Wasteserv hija waħda pożittiva u dan il-proġett pilota għandu fejn jimraħ aktar ‘il quddiem.