Akrobatiku minn Brighton tilef ħajtu wara li waqa’ madwar disa’ sulari waqt li kien qed jagħmel manuvri fl-ajru waqt festival tal-mużika rock fi Spanja.
Pedro Aunión Monroy li hu professjonali fil-qasam taż-żfin fl-ajru, kien imdendlel f’gaġġa waqt il-festival Mad Cool f’Madrid il-Ġimgħa filgħaxija. Waqt li kien qrib il-palk ewlieni, fl-interval ta’ bejn l-ispettaklu li taw alt-J u Greenday, waqa’ għal isfel.
Il-paramediki waslu 30 minuta wara fejn ippruvaw isalvawh, iżda kien tard wisq.