Nirien qerdu wieħed mill-binjiet tal-Minsiteru ta’ El Salvador, fejn minn tal-inqas mietet persuna waħda.
In-nar beda l-Ġimgħa wara nofsinhar f’wieħed mis-sulari t’isfel u nfirex fis-sulari ta’ fuq, fejn numru ta’ persuni spiċċaw maqbuda fil-bini għal madwar sagħtejn.
Membri tat-tifi tan-nar eventwalment ikkontrollaw in-nirien fil-bini.
Madwar 25 persuna ttieħdu l-isptar fil-kapital, San Salvador, sabiex jirċievu l-kura neċessarja.
Mara tilfet ħajjitha filwaqt li mara oħra ġiet salvata l-isptar wara li għall-ewwel intqal li tilfet ħajjitha. Minn tal-inqas 50 persuna ġew evakwati mill-bini.