Żewġ Taljani u Spanjola ndarbu wara li sofrew ħruq f’ġisimhom fi stabbiliment f’Paceville matul il-lejl li għadda.
Il-pulizija ġiet infurmata li żewġ Taljani, ġuvni u tfajla ta’ sittax-il sena u Spanjola ta’ sbatax-il sena kienu fi stabbiliment li jinsab fi Triq Santa Rita fejn wieħed mill-ħaddiema kien qed jipprepara xi xorb alkoħoliku.
Hu u l-ħaddiem kienu qed iqabbdu xi fjamma max-xorb, din infirxet bil-konsegwenza li laqtet liż-żgħażagħ saħansitra f’wiċċhom.
Jirriżulta li l-ġuvni Taljan sofra minn ġrieħi gravi u ż-żgħażagħ kollha ttieħdu għall-kura l-Isptar Mater Dei.
B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta filwaqt li raġel mill-Maċedonja li jgħix is-Swieqi nġabar mill-pulizija biex jgħin fl-investigazzjonijiet ta’ dan l-inċident.