Tfisser ħafna, għal nies bħal Shania Micallef, li membri Parlamentari jitkellmu favur drittijiet ugwali għal persuni LGBTIQ. Mhux talli hekk, talli l-Prim Ministru Joseph Muscat m’aċċetta ebda emenda fil-liġi taż-żwieġ li b’xi mod titfa’ lil dawn il-persuni fi żvantaġġ. Attitudni għal kollox differenti mill-Oppożizzjoni, fejn kien hemm min qam u rrifjuta li jagħti drittijiet lil koppji tal-istess sess l-istess drittijiet daqs koppji oħra.
Shaina Micallef hija persuna transgender li permezz ta’ programm speċjali li xxandar fuq One, spjegat kemm il-ħajja tagħha kienet diffiċli. Illum għandha 29 sena, u tkellmet dwar meta kien għad kellha bejn 16 u 18-il sena. Illum-il ġurnata, is-sitwazzjoni hija totalment differenti. Mhux tallli hekk, talli qed jersqu lejha ġenituri ta’ tfal transgender, u hi tisma’ u tkun ta’ wens għalihom.