L-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ħarġet twissija fil-konfront tal-kumpanija Alu Care Mosta ltd li timmanifattura l-aluminju. Dan wara li naqset milli timplimenta deċiżjoni tat-Tribunal għat-talbiet tal-konsumatur fil-konfront ta’ wieħed mill-konsumaturi tagħha.
L-istqarrija kompliet tgħid li din il-kumpanija naqset milli tħallas lil konsumatur, is-somma ta’ €300, wara li x-xogħol tal-aluminju li sar kien difettuż u beda jgħaddi l-ilma minnu.
L-Awtorità qalet li l-kumpanija ma attendietx għas-seduta tat-Tribunal u ma ssottomettietx tweġiba bil-miktub.