Ġuvni ta’ 22 sena, imwieled is-Serbja iżda residenti ż-Żebbuġ, Għawdex ingħata libertà kkundizzjonata wara li ġie akkużat li nhar it-3 ta’ Lulju, 2017, ipprova jwettaq serq ta’ mutur kif ukoll talli volontarjament għarraq ħwejjeg ħaddieħor. Huwa ġie akkużat ukoll talli kkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq persuna u heddu bil-fomm.
L-imputat wieġeb ħati għall-akkużi hekk kif miġjuba fil-konfront tiegħu. Huwa ngħata l-liberta` bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien 3 snin. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni għall-vittma.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.