Il-Ministru Chris Fearne nieda l-kampanja tiegħu għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament f’isem il-Partit Laburista.
Kampanja li għandha t-tema, “Ħidma għal Malta Aħjar.”
Fearne qal li huwa ilu attiv fil-Partit Laburista minn meta kellu erbatax-il sena.
Spjega kif jaf l-istrutturi tal-Partit Laburista kemm fi zmien Dom Mintoff, Carm Mifsud Bonnici, meta l-Partit Laburista kien fl-Oppożizzjoni u issa anke fil-partit rebbieħ taħt il-Prim Ministru Joseph Muscat.
Fearne tkellem dwar is-suċċessi tal-Gvern f’dawn l-erba’, snin partikolarment fil-qasam tas-saħħa.
Qal li hu għandu determinazzjoni biex ikompli jaħdem fil-Partit Laburista.