Dawk li għal snin twal kienu biss memorji ta’ ġenerazzjoni anzjana, li tiftakar ic-Chalet bħala ċentru ta’ divertiment qabel u wara t-Tieni Gwerra Dinjija, jistgħu jerġgħu isiru realtà.
Il-Gvern ikkommetta ruħu li minn żona t’abbandun, il-binja tac-Chalet terġa’ tinbena, bi stil li jibqa’ leali għal li kienet qabel iġġarfet għal kollox.
Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi stqarr ma’ One News, li bi sħab mal-privat dan il-proġett hu possibbli, iżda l-Gvern irid ukoll jirriġenera x-xatt tal-madwar, li ukoll għal snin twal tħalla jiddiġenera.