Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, informa lill-pubbliku li, wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba li huma potenzjalment ikkontaminati bil-mikrobu Listeria monocytogenes.
Deskrizzjoni tal-prodott: | Fudge Brownie Collagen Protein Bar |
Ditta: | Bulletproof |
Użin: | 45g kull waħda; 12 kull kaxxa (540g) |
Oriġini: | USA |
Dati tad-durabbilità: | 11/1/2017; 11/6/2017; 11/14/2017; 11/23/2017; 12/1/2017; 12/19/2017; 12/25/2017 |
Barcodes: | 815709021498 (prodott individwali) / 815709020811 (kaxxa) |
Deskrizzjoni tal-prodott: | Vanilla Shortbread Collagen Protein Bar |
Ditta: | Bulletproof |
Użin: | 45g kull waħda; 12 kull kaxxa (540g) |
Oriġini: | USA |
Dati tad-durabbilità: | 11/15/2017; 11/22/2017; 11/29/2017; 12/11/2017 |
Barcodes: | 815709021481 (prodott individwali) / 815709020804 (kaxxa) |
Deskrizzjoni tal-prodott: | Lemon Cookie Collagen Protein Bar |
Ditta: | Bulletproof |
Użin: | 45g kull waħda; 12 kull kaxxa (540g) |
Oriġini: | USA |
Dati tad-durabbilità: | 11/7/2017; 11/8/2017; 12/14/2017 |
Barcodes: | 815709021801 (prodott individwali) / 815709021795 (kaxxa) |
Deskrizzjoni tal-prodott: | Fudge Brownie Collagen Protein Bite |
Ditta: | Bulletproof |
Użin: | 21g kull waħda; 15 kull kaxxa (315g) |
Oriġini: | USA |
Dati tad-durabbilità: | 12/27/2017; 11/28/2017; 12/8/2017 |
Barcodes: | 815709021528 (prodott individwali) / 815709021535 (kaxxa) |
Deskrizzjoni tal-prodott: | Vanilla Shortbread Collagen Protein Bite |
Ditta: | Bulletproof |
Użin: | 21g kull waħda; 15 kull kaxxa (315g) |
Oriġini: | USA |
Dati tad-durabbilità: | 11/20/2017; 11/27/2017 |
Barcodes: | 815709021504 (prodott individwali) / 815709021511 (kaxxa) |
Minn informazzjoni li għandu dan id-Direttorat, dawn il-prodotti ġew impurtati minn individwi għall-użu personali, għaldaqstant qed tinġibed l-attenzjoni tal-pubbliku.
Il-kumpanija Bulletproof 360, Inc. fl-iStati Uniti tal-Amerika qiegħda tirtira mis-suq dawn il-prodotti. L-Awtorità li tirregola l-ikel fl-iStati Uniti, l-FDA, ħarġet stqarrija uffiċjali li tista’ tiġi aċċessata minn din il-link: https://www.fda.gov/Safety/Recalls/ucm563222.htm
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.