Fadal biss ftit inqas minn sitt sigħat biex tintemm il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza. Maratona li bdiet fit-30 ta’ Lulju u sa ftit tal-ħin ilu nġabar, s’issa, aktar minn €410,000.
Din il-maratona saret fuq 53 siegħa bla waqfien bil-messaġġ ewlieni jkun “Sabiħ li tagħti.”
Maratona li ssir ta’ kull sena u l-flus li jinġabru jgħinu fl-operat tad-dar u investiment ieħor fejn is-sena li għaddiet mill-Maratona tal-Volleyball inġabru kważi nofs miljun ewro. Flus li ntużaw biex fost l-oħrajn saret pixxina terapewtika.
Kull min hu interessat li jagħti sehmu jista’ billi jċempel fuq in-numri mniżlin fuq l-istampa t’hawn isfel.