Illum ingħatat l-aħħar tislima lil Pietru Pawl Busuttil dan wara li miet nhar l-Erbgħa 28 ta’ Ġunju. Il-funeral ta’ Pietru Pawl Busuttil sar fil-Knisja ta’ Ħal Safi. Busuttil miet ftit wara ġlieda kontra l-marda tal-kanċer.
Preżenti għal dan il-funeral, fost bosta politiċi, kien hemm ukoll il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat. Huwa ffirma ukoll il-ktieb tal-kondoljanzi fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista f’Ħal Safi.
Pietru Pawl Busuttil kien l-ewwel Sindku f’Ħal Safi, kariga li dam jokkupaha għal 18-il sena sħaħ.