Raġel Pollak ta’ 45 sena tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà fi Blue Lagoon, Kemmuna.
Għall-ħabta tas-sagħtejn, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Blue Lagoon, Kemmuna.
Minn stħarriġ preliminari li sar mill-Pulizija ta’ Kemmuna, irriżulta li raġel ittella’ mill-baħar minn lifeguards wara li kien sab ruħu f’diffikulta.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna u ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex iżda sfortunatament ġie iċċertifikat mejjet wara ftit ħin.
Membri mill-Emergency Response Rescue Corps kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P Coppini LLD. li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.