Il-Qorti Russa sabet is-suspettat ewlieni li qatel il-Kap tal-Oppożizzjoni Boris Nemtsov ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Zaur Dadayev qatel lid-Deputat Prim-Ministru li kien kiritika voċiferu tal-President Vladimir Putin fi Frar 2015 biswit il-Kremlin.
Huwa allegat li flimkien ma’ erba’ suspettati oħra, Dadayev kien imwiegħed li jitħallas ¢250,000 biex joqtol lil Nemtsov.
Il-qraba ta’ Boris Nemtsov qed jibżgħu li min ordna biex jinqatel qatt m’hu se jinstab.