Il-midja tal-Partit Nazzjonalista ngħatat struzzjonijiet biex ma ssemmix il-kandidati għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Ikkonferma dan kelliem għall-Partit Nazzjonalista ma’ The Malta Independent li qal li sakemm ma jkunx hemm in-nomini uffiċjali l-media tal-partit mhux se toffri spazju għall-kandidati għat-tmexxija tal-Partit.
Din il-konferma waslet wara li fl-aħħar jiem il-midja tal-PN li rrapportat dwar id-dikjarazzjonijiet ta’ Adrian Delia u lanqas dwar dawk ta’ Chris Said.
Dawk li sa issa huma ż-żewġ kandidati għall-Kap. Il-Kap, Simon Busuttil, se jitkellem f’Kunsill Ġenerali dwar is-suġġett illejla.