Qed nirreferu għall-‘Cake By The Ocean’ ta’ DNCE; id-diska li permezz tagħha dan il-grupp beda jikseb fama kbira. Hija diska li fuq il-Fosos illejla qajmet atmosfera mill-isbaħ, bi kliem pjuttost metaforiku, fejn il-kantant jgħid “I keep on hoping we’ll eat cake by the ocean”.
Jekk forsi mintix tifhem, il-lirika tinsab f’dan il-filmat.
Bla dubju attrazzjoni prinċipali kien il-kantant ewlieni, Joe Jonas, li kien parti mill-Jonas Brothers iżda llum il-ġurnata jkanta f’dan il-grupp li jinsab Malta.
Jonas maħbub anke mill-ġurnalisti tagħna!
Min forsi xi ftit kurjuż dwar isem din il-band, hawn hi r-raġuni eżatta, li spjegaw waqt intervista s-sena li għaddiet: “DNCE is dance without an A, which is not a perfect word, but you also don’t have to be a perfect dancer to dance. Life is never perfect, but you can still enjoy it.”
Hekk qed tagħmel il-folla enormi llejla hawn Malta.