Chris Said ikkonferma dak li rrapportajna aħna; li se jikkontesta l-post ta’ tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.
Illum iddikjara, ma’ mezzi indipendenti tax-xandir, li jemmen li għandu l-enerġija, motivazzjoni u esperjenza politika għall-kariga. B’hekk s’issa huma Adrian Delia u Chris Said dawk li qed jikkontestaw, għalkemm diġà qed iberraq sew bejniethom.
Kif għedna, Delia għandu l-appoġġ tal-istamperija, b’uħud jgħidu li l-partit m’għandux soluzzjoni aħjar. Delia, president tat-tim tal- futbol ta’ Birkirkara, mhux Deputat Parlamentari u issa għandufit-tellieqa miegħu lil Said, Deputat Għawdxi, li huwa rrabjat ħafna b’din id-deċiżjoni u l-appoġġ li qed jingħata Delia. Appoġġ li qed iwassal biex Claudio Grech jikkunsidra bis-serjetà jibqa’ barra mit-tellieqa.