Il-kantanta popolari Ingliża Raye li llum se tkun qed tkanta fuq il-Fosos tal-Furjana waqt il-kunċert Isle of MTV stqarret li f’pajjiżna għamlet l-isbaħ soundcheck tul il-karriera professjonali tagħha.
Hija qalet dan fuq Instagram fejn qalet li preparat numru ta’ diski għall-ftuħ ta’ dan il-kunċert li preżenti għalih mistenni jkun hemm madwar 50,000 persuna. Il-kantanta ikkollaborat ukoll ma’ kantant ieħor li jinsab f’pajjiżna biex isaħħar lil dawk preżenti bit-talent tiegħu, Jonas Blue, fil-fatt din il-kollaborazzjoni jisimha By your side u l-vidjo mużikali tagħha rawh mal-53 miljun persuna fuq YOUTUBE.
Huwa mistenni għalhekk li din id-diska tiġi interpretata miż-żewġ kantanti llejla.