Il-grupp Kanadiż ta’ fama mondjali ‘The Tenors’ se jkun fost dawk li se jipparteċipaw fil-kunċert tal-għeluq tal-Presidenza Maltija tal-kunsill tal-Unjoni Ewropea fi Smart City , nhar il-Ġimgħa.
Wieħed mit-tenuri ta’ dan il-grupp huwa l-malti-kanadiż Victor Micallef. Micallef flimkien mal-grupp kellu diversi esperjenzi fejn kanta ma’ Celine Dion u kantaw lill-Papa Franġisku u lir-Reġina Eliżabetta.