Raġel Ingliż instab mitluf minn sensih bi ġrieħi gravi f’għadira demm fir-residenza tiegħu fil-Gżira.
Ir-raġel, Ingliż ta’ 42 sena li jgħix Malta, instab għall-ħabta tal-15:30 fi triq il-Gżira fil-Gżira fejn intalbet l-għajnuna.
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu fil-proċess biex jitniżżel mill-appartament hekk kif tal-ambulanza ma setgħux iniżluh fuq stretcher.
Hu ttieħed l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.