Blokka appartamenti li kienet waslet fil-fażi li titlesta inħakmet minn nirien fil-Qawra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:00 fi triq il-Port Ruman fil-Qawra.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija u kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.
Wara li fi ftit ħin ġew ikkontrollati n-nirien, instab li n-nar beda wara li ħadu n-nar għadd ta’ kartun.