Il-Professur u Chairman tal-Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola ma jixtieqx ikompli jmexxi l-Partit.
Dan wara rizultat elettorali dizappuntanti ieħor fejn fl-aħħar elezzjoni ġenerali , l-Alternattiva Demokratika kisbet biss elfejn ħames mija erba u sittin vot , ftit inqas minn wieħed fil-mija.
Dwar il-futur tal-Alternattiva Demokrattika , kiteb il-viċi chairman tal-alternattiva demokrattika Carmel Cacopardo fi blog intitolat ‘Inxammru l-Kmiem’. Qal li issa huwa l-mument fejn ngħarblu l-ħidma tal-partiti politiċi u nħejju għall-futur, b’tibdil kbir jew żgħir.
Kien hawn li Caccopardi qal li Arnold Cassalo informa lill-partit li ma jridx ikompli jmexxi lill-Alternattiva Demoratika.
Cassola ilu jaħdem fl-alternattiva ħamsa u għoxrin sena u fl-elfejn u tlettax nħatar fil-kariga ta’ Chairman tal-Alternattiva wara r-riżenja ta’ Michael Briguglio. Qabel Briguglio Cassola kien diġa’ chairperson.
Fil-blog tiegħu , Cacopardo qal li issa jidher li ser iġorr l-piż hu u għaldaqstant talab l-għajnuna ta’ dawk kollha li jissimpatizzaw ma’ Alternattiva Demokratika.