Dalgħodu l-President tal-Qorti ewropea tal-Awdituri, Klaus-Heiner Lehne żar ix-xogħlijiet li għaddejjin fil-Junction tal-Kappara.
Il-flyover mistennija tkun lesta sa Settembru u b’hekk tibda tintuża għat-traffiku. Il-proġett mistenni jkun konkluż sal-aħħar ta’ din is-sena.
F’Lulju li ġej se jkun sar l-asfaltar tal-flyover. Dan il-progett sewa madwar €35 miljun b’parzjalment mill-fondi kienu Ewropej.
Il-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri faħħar kif tmexxa dan il-proġett u l-immaniġġjar tal-fondi Ewropej li ntużaw għalih. Hu qal li l-proġett hu wieħed impressjonanti u għst-traffiku li jgħaddi minn din iż-żona, jagħmel sens.
Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, Ian Borg, qal li malli jitlesta dan il-proġett se jibda l-Junction tal-Marsa.
Preżenti għal din iż-żjara kien hemm il-Ministru Ian Borg, il-Ministru Helena Dalli u s-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia.