L-Istitut għall-Istudji Turistiċi ħabbar li r-reġistrazzjoni għas-sena skolastika 2017-2018 se tkun qed tiġi estiża b’ġimgħa, dan minħabba ir-rispons kbir li kien hemm din is-sena. Id-dati tar-reġistrazzjoni għal persuni li se japplikaw għall-ewwel darba huma bejn it-Tnejn 17 ta’ Lulju u l-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu.
Filwaqt li dawk l-istudenti li se jkunu qed ikomplu l-istudji tagħhom mal-ITS jistgħu japplikaw bejn is-7 ta’ Awwissu u l-11 ta’ Awwissu.
Sessjonijiet fejn wieħed jista’ jikseb aktar informazzjoni dwar programmi ta’ studju varji se jkunu qed isiru l-ITS f’dawn id-dati:
25 ta’ Lulju 2017
- fid-9:30am – Foundation in Hospitality and Tourism
26 ta’ Lulju 2017
- fid-9:30am – Travel and Tourism Programme (Certificate, Diploma and Higher National Diploma)
- fil-11:30am Rooms Division Programme (Certificate, Diploma and Higher National Diploma)
27 ta’ Lulju 2017
- fid-9:30am – Events and Leisure Programme (Certificate, Diploma and Higher National Diploma)
- fil-11.30am – Food Preparation and Production Programme (Certificate, Diploma and Higher National Diploma)
28 ta’ Lulju 2017
- fid-9:30am – Higher National Diploma in Tour Guiding
31st July 2017
- fid-9:30am – Higher National Diploma in Food Preparation and Culinary Arts for Cruise Liners; Higher National Diploma in Guest Service Operations for Cruise Liners; Higher National Diploma in Hotel Management Operations for Cruise Liners
1 st August 2017
- fid-9:30am Bachelor in Culinary Arts (hons); Bachelor in Gastronomy (hons); Bachelor in International Hospitality Management (hons)
Formoli li wieħed irid jimla biex japplika kif ukoll kopja tal-prospectus jistgħu jinġabru mill-uffiċċju tar-reġistrar tal-ITS f’San Ġiljan u kif ukoll mill-kampus tal-ITS fil-Qala, f’Għawdex jew onlajn fuq www.its.edu.mt