Sfond ta’ għana tipika Maltija ; jew tad-daqq jew spirtu pront u tazza nbid tajba. Dan waqt l-Għana Fest li qed tittella’ fi ġnien San Girgor fiż-Żejtun.
Filfatt, waqt il-festival l-għaqda ZOEY – Żejtun Organisation Empowering You, tellgħet kompetizzjoni tal-inbid. Joslyn Saliba mill-istess għaqda spjegat kif l-Għana Fest serviet bħala vetrina għall-inbid Malti.