“Minn esperjenza għall-qbid tal-ħut bejn il-ħbieb, spiċċat fi traġedja,” hekk beda r-rakkont ta’ Karmenu mal-paġna The People of Malta meta beda jfakkar memorja li għadha tmisslu qalbu sal-lum il-ġurnata, minkejja li għaddew 34 sena.
Karmenu rrakkonta kif propju 34 sena ilu, bħal dax-xahar, ħareġ bid-dgħajsa tiegħu u miegħu kellu xi ħbieb li ħarġu biex jgħoddsu.
Spjega kif dakinhar kienu qrib Filfla u kif jum li sippost kellu jkun mimli memorji sbieħ spiċċa memorja ta’ dieqa.
“Renzo Baldacchino, li kellu 24 sena, spiċċa tilef ħajtu traġikament. Bqajt ixxukjat u għadha mmarkata f’moħħi,” qal Karmenu.
Hu temm billi qal kif “minn dak iż-żmien, għaddasa miegħi ma ħadtx. Kont ħassejtu ħafna.”