Minn tal-inqas 123 persuna tilfu ħajjithom wara li vann li kien qed iġorr iż-żejt sploda u sar ħuġġieġa waħda fil-belt Pakistana Bahawalpur.
Il-midja barranija sostniet li għexieren ta’ persuna ndarbu serjament kawża tan-nirien u l-isplużjoni, dan hekk kif bdew jippruvaw jieħdu ż-żejt waqt li beda ħiereġ minn ġol vann.
Membri tat-tifi tan-nar bħalissa għaddejjin b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex jikkontrollaw u sa fl-aħħar jitfu n-nirien.
Għadu mhux magħruf x’wassal biex il-vann sploda.