Kulħadd ikun qed jistenna l-aħħar jum tas-sena skolastika, u għalkemm bosta jaħsbu li huma l-istudenti biss li jkunu qed jistennew dan il-jum – grupp ta’ għalliema mill-Kulleġġ ta’ St. Clare fl-iskola Sekondarja ta’ Pembroke ddeċidew li jikkommemoraw dan il-mument permezz ta’ filmat ħelu. Dan bħala attività bejniethom.
Il-filmat hu magħmul minn numru ta’ għalliema li jagħmlu parti mill-iStaffroom 4 u kif ukoll membri ta’ SMT fejn apparti jiżfnu, fl-istess filmat, hemm l-użu tal-aktar tliet affarijiet li sabu li huma iritanti għal din is-sena skolastika.
Li dawn jinkludu l-fidget spinners, il-moda li twaddab flixkun fl-ajru u jinżel fl-art wieqaf u kif ukoll il-mossa meqjusa bħala “dab”. Mossa li ħadet fama din l-aħħar sena fost iż-żgħażagħ.