Il-Pulizija Taljana arrestat raġel minn Katanja li kien se jaqbad il-katamaran lejn Malta dan wara li nstab li kien fil-pussess ta’ ħmistax-il kilograma droga marijuana.
Mario Santoncito ta’ 53 sena twaqqaf f’Pozallo ftit qabel ma kien se jitla abbord u wara tfittxijiet li għamlu l-Pulizija Taljana instab li kellu d-droga f’żewġ spare-tyres tal-karozza.
Ir-raġel ammetta mal-Pulizija li kien qed iġorr id-droga iżda qal li ma jafx min tah d-droga u għal min kienet id-droga .