Ġuvni ttieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident ma’ karozza tal-linja fi triq tal-Istabal f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:20 f’Ħal Qormi meta vettura tat-tip Volgswagen Polo misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena residenti Ħal Luqa għal xi raġuni tilfet il-kontroll bil-konsegwenza li kellha impatt ma’ karozza tal-linja misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-vettura l-isptar.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
It-triq tinsab magħluqa, għalekk is-sewwieqa huma mitluba biex isibu rotta alternattiva.