Il-manager ta’ Ira Losco rreaġixxa għall-kummenti ta’ Andrew Borg Cardona dwar Ira Losco billi qal li missejna l-qiegħ.
Dwar wara li Ira Losco kienet deskritta bħala bitch. Fuq facebook Howard Keith Debono kiteb li huma (hu u Ira) qatt ma daħlu fil-politika u mhux se jidħlu issa.
Xi ħaġa li dejjem kienu konsistenti dwarha. Iżda, żied li mid-dehra Andrew Borg Cardona sejjaħ lill-ambaxxatriċi Maltija b’sitt xhur tqala bitch. Dan mingħajr ebda raġuni.
“Ilħaqna l-qigħ tal-midja soċjali u l-umanità,” iddikjara Howard Keith Debono f’kumment li għalih sab l-appoġġ ta’ biżilbilu nies. Fosthom ħafna segwaċi ta’ Ira nnifisha.