Kien propju wara l-gwerra li John bħala żagħżugħ mar jgħix Bormla flimkien mal-familja tiegħu wara deċiżjoni li ħa missieru. Għalkemm għall-ewwel il-familja ma kinitx ferħana li minn tas-Sliema jmorru jgħixu Bormla malajr biddel fhemtu, għax f’Bormla sab l-imħabba.
F’intervista ma’ The People of Malta, John tkellem dwar martu Carmen fejn qal “jiena u Carmen konna noqogħdu quddiem xulxin. Bdejt ninnamra magħha meta kellha “sweet 16”, kienet taħt l-età! Konna ninnamraw minn fuq il-bejt u wara sentejn għarajjes iżżewwiġna”
Hu temm billi qal li “issa ilna 58 sena miżżewġin flimkien.”