Aktar minn 140 persuna huma maħsuba li ntradmu taħt tunnellati ta’ ġebel wara li xita qawwija laqtet lill-provinċja ta’ Sichuan fiċ-Ċina.
Madwar 40 dar spiċċaw fix-xejn fil-villaġġ ta’ Xinmo wara li l-muntanja ġġarfet għal fuq l-istess villaġġ il-Ġimgħa filgħaxija.
Fuq il-post issejħu timijiet tas-salvataġġ fejn bħalissa għaddejjin b’ħidma kontinwa sabiex isalvaw persuni li għadhom maqbuda taħt it-tifrik.