Waqt laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista llejla, ġie deċiż li l-Grupp Parlamentari se jikkopera mad-Deputati Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia fl-Oppożizzjoni. Iżda, mhux se jkunu meqjusa b’mod awtomatiku bħala parti mill-grupp parlamentari nazzjonalista anke jekk kienu eletti fil-parlament fuq il-lista l-blu.
Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia se jibdew jiġu mistiedna għall-laqgħat tal-Grupp Parlamentari tal-Oppożizzjoni meta jiġu diskussi affarijiet ta’ natura Parlamentari biss.
Intqal li għall-fini ta’ votazzjoni, se ssir koordinazzjoni bejn iż-żewġ naħat filwaqt li d-Deputati Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia se jkunu mistennija li jżommu mad-dixxiplina tal-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Oppożizzjoni.