Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, ppressediet ċerimonja li matulha ngħataw rikonoxximenti lid-donaturi tad-demm bħala radd ta’ ħajr għall-ġest nobbli.
Il-President Coleiro Preca qalet li d-donaturi tad-demm huma eroj fis-soċjeta’ tagħna. Dan għaliex “bil-ġest tagħhom, li ħafna drabi jagħmluh fis-silenzju, huma jkunu qed isalvaw il-ħajja ta’ ħafna minn ħutna Maltin u Għawdxin.” Huwa stmat li kull darba li persuna tagħti d-demm, din tkun qed issalva l-ħajja ta’ tliet persuni.