Fil-Belt Valletta għaddej il-bandu tal-Imnarja. Din hija tradizzjoni Maltija li ssir qabel il-festa tal-Imnarja. Il-bandu tal-Imnarju beda minn pjazza San Ġorġ u qed jimxi tul Triq ir-Repubblika. F’din l-attività l-atturi jilbsu lbies tradizzjonali u jagħmlu waqfiet tul il-mixja tagħhom biex jaqraw il-bandu fejn iħabbru l-attivitajiet tal-Imnarja, fosthom l-atturi qed jagħtu dettalji dwar l-attivitajiet li se jsiru fil-Buskett lejliet l-Imnarja.