Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza Helena Dalli tefgħet in-nomina tagħha għall-ħatra ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament. Kariga li sservi wkoll bħala Deputat Prim Ministru.
Il-ħatra tħalliet vakanti mill-ex Deputat Prim Ministru Louis Grech. In-nomini bdew jintlaqgħu minn nhar t-Tlieta u jgħalqu llum fis-7:30 ta’ filgħaxija.