Żagħżugħa ta’ 24 sena qed tinżamm arrestata wara li qed tkun akkużata li f’Mejju attakkat u serqet persuna fil-pubbliku.
Il-każ seħħ fl-erbatax ta’ Mejju, meta Miriam Elabed minn Marsascala, daħlet f’karozza pparkjata biex tisraq u aktar tard heddet persuna b’sikkina u serqitilha l-basket li fih kellha tmenin ewro fi flus kontanti, karta tal-kreditu, liċenzja tas-sewqan u anke xi affarijiet oħra personali.
It-tfajla, li wieġbet mhux ħatja, qed tkun akkużata b’serq, li żammet persuna kontra l-volontà tagħha, li wettqet ħsara fuq propjetà ta’ ħaddieħor u li kellha sikkina fil-pussess tagħha.
Dan kollu sar filwaqt li l-istess tfajla tinsab taħt sentenza sospiża.
Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat il-ħelsien mill-arrest.
It-tfajla se tkun qed tinżamm fit-Taqsima Forensika biex tingħata l-kura meħtieġa.