Żvilupp biswit katakombi Rumani f’Għar Għerduf, Kerċem, mhux se jsir wara li l-Awtorità tal-Ippjanar irrevokat il-permess għal dar ta’ żewġ sulari.
Il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ivvota b’mod unanimu biex dan il-permess irid ikun revokat.
Kien f’Jannar li għadda li ngħata permess għall-iżvillupp biex tinbena dar fuq żewġ sulari , u waqt li l-applikazzjoni kienet qed tiġi pproċessata id-Direttorat tal-Ippjanar ikkunsidra s-sit bħala żona arkeoloġika Klassi B.
Iżda, rekords tal-Gvern juru li dan is-sit ta’ Għar Għerduf u ż-żona tal-madwar sa’ mitt metru kienu protetti bħala kategorija A f’Ottubru tas-sena elfejn.
Din id-diskrepanza dehret fuq is-sistema elettronika tal-Awtorità li hija użata mid-Direttorat tal-ippjanar meta jiġu evalwati applikazzjonijiet tal-iżvilupp.
L-applikant insista li l-permess kellu jibqa’ għax is-Sovraintendenza tal-Wirk Kulturali m’oġġezzjonatx għal dan il-permess.
Johan Buttigiegi, ċermen tal-kunsill eżekuttiv tal-awtorità tal-ippjanar, qal li l-perit tal-proġett seta’ kien konxju tal-iżball fil-klassifikazzjoni u għamel disservizz lill-bord jekk ma qajjimx il-kwistjoni qabel il-permess kien deċiż.
Dan il-permess ġab l-oġġezzjoni ta’ diversi għaqdiet ambjentali u oħrajn li jaħdmu favur il-wirt kulturali Għawdxi.
Dan għax iż-żona kemm-il darba ġibdet l-attenzjoni ta’ arkeoloġiċi u dan għax huwa l-uniku post f’Għawdex fejn hemm katakombi li jieħduna lura għal żmien ir-Rumani u l-Biżantini f’Malta.